Anna ta' San Bartilmew (1549-1626) : il-kontemplazzjoni fil-faqar tal-ispirtu

Figura oħra importanti Ii kibret u ħadmet fid-dell ta' Tereża ta ' Ġesu hija Anna ta' San Bartilmew. Hija twieldet fl-1 t'Ottubru 1549. Kienet is-sitt wild minn seba' ta' Hernan Garcia u Maria Manzanas. Il-familja kampanjola kienet tgħix minn fuq id-dwieli, il-merħliet, u I-qamħ Ii kienu jkabbru u jbigħu. Anna kellha trobbija devota ħafna, bil-missier iqabbad qassis biex jgħallem lit-tfal jaqraw. Għandna nifhmu Ii peress Ii Anna iktar tard serviet bħala s-segretarja personali ta' S. Tereża ta' Ġesu – Ii għallmitha tikteb meta din ma setgħetx tikteb aktar lejn I-aħħar ta' ħajjitha - gawdiet uko... Mehr ...

Verfasser: Attard, Glen
Dokumenttyp: contributionToPeriodical
Erscheinungsdatum: 2022
Verlag/Hrsg.: Carmelite Fathers
Schlagwörter: Anne of St. Bartholomew / Mother / 1550-1626 / Nuns -- Belgium -- Antwerp -- Biography
Sprache: Maltese
Permalink: https://search.fid-benelux.de/Record/base-28522830
Datenquelle: BASE; Originalkatalog
Powered By: BASE
Link(s) : https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/109865

Figura oħra importanti Ii kibret u ħadmet fid-dell ta' Tereża ta ' Ġesu hija Anna ta' San Bartilmew. Hija twieldet fl-1 t'Ottubru 1549. Kienet is-sitt wild minn seba' ta' Hernan Garcia u Maria Manzanas. Il-familja kampanjola kienet tgħix minn fuq id-dwieli, il-merħliet, u I-qamħ Ii kienu jkabbru u jbigħu. Anna kellha trobbija devota ħafna, bil-missier iqabbad qassis biex jgħallem lit-tfal jaqraw. Għandna nifhmu Ii peress Ii Anna iktar tard serviet bħala s-segretarja personali ta' S. Tereża ta' Ġesu – Ii għallmitha tikteb meta din ma setgħetx tikteb aktar lejn I-aħħar ta' ħajjitha - gawdiet ukoll minn dan l-istess tagħlim. FI-Awtobijografija tagħha, Anna tistqarr Ii minn eta żgħira kienet miġbuda lejn il-ħajja spiritwali Ii għaliha kienet tfisser xewqa kbira għall-axxeżi u Ii tingħata kollha kemm hi għal Alla. Ta' għaxar snin, tilfet I-ewwel Iil ommha mbagħad Iil missierha, u ħutha s-subien il-kbar tawha taħdem ir-raba' magħhom u tirgħa I-merħla biex ikunu jistgħu jmantnu I-familja. Xtaqu wkoll Ii jżewġuha ġo familja nobbli kemm jista' jkun malajr, imma hi rreżistiet għal dan, tant Ii ma damitx ma bdiet turi x-xewqa Ii tidħol soru, fost daqstant ieħor reżistenzi min-naħa ta' ħutha. Wara ħafna qtigħ il-qalb u ġlied bejn I-aħwa, f 'Novembru tal-1570 Anna daħlet fil-monasteru riformat ta' San Ġużepp ġewwa Avila Ii Tereża ta' Ġesu kienet iffundat tmien snin qabel. ; non peer-reviewed